13 Sep 2013
7:30 pm - 11:00 pm
Annex to Casa Leoni

għal-lejla bBOOKkjat

Bella Berger hemm se tkun, flimkien ma’ karattri oħra rebbieħa tal-Konkors Rumanzi għall-Adolexxenti. Magħhom se jkun hemm l-awturi tagħhom li ħadu sehem mill-2009 sal-lum!

Qed nistednukom tibBOOKjaw il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru; mis-7:30pm ‘il quddiem se tkunu tistgħu tiltaqgħu mal-awturi nfushom huma u jaqraw xi siltiet minn kitbiethom. Se jkun hemm ukoll Ylenia Vella tkanta, kif ukoll ikel u xorb. Il-kotba li se jkun hemm għall-bejgħ għandhom jinteressaw kemm lill-adolexxenti, kemm liż-żgħażagħ, kif ukoll lill-ġenituri u ‘l-għalliema. Din l-attività se tkun qed tittella’ ġewwa l-HQ tal-Aġenzija Żgħażagħ, Santa Venera; kaxkru kemm tifilħu ħbieb magħkom!

L-attività qed tkun organizzata minn KUL, bil-kollaborazzjoni ta’ Sierra Book Distributors. Ħajr ukoll lill-Aġenzija Żgħażagħ u lin-National Book Council (Malta).

Loading Map....