
BLA KONDIXIN 10 – GĦAXAR SNIN TA’ SATIRA
Issa ikbar u ahjar!
Ma’ min se naqbdu? Jew ahjar, ma’ min ma naqbdux? Is-Sajf sahhan l-irjus u ghandna quddiemna Harifa li se ttina hafna suggetti ghal Bla Kondixin. U meta l-kitba tkun f’idejn it-tim ta’ Bla Kondixin, min jista’ jghid kif se jispiccaw l-affarjiet?
L-aqwa talent komiku Malti se jerga jiehu sehem fi Bla Kondixin. Ma jonqsux il-karattri li l-udjenza regolari ta’ Bla Kondixin drat u tant thobb, mahdumin, fost l-ohrajn, Pawlu Borg Bonaci, Ray Calleja u PJ Xerxen. Il-band ittina il-kanzunetti satirici li jikkummentaw fuq dak li jkun qed jigri. Zfin, filmati umoristici u sorprizi ma jonqsux.
Din is-sena Bla Kondixin se tittella’ fil-MFCC Ta’ Qali fl-22, 23, 24, 29, 30 ta’ Novembru, u 1 ta’ Dicembru.
Is-serati kollha jibdew fit-8.00p.m. | Biljetti ghal Malta jinkisbu min hawn